Mill-Maħżen tal-Armar - Il-Ħames Episodju - Is-Sezzjoni Żgħażagħ
Mill-Maħżen tal-Armar - F' Għeluq it-30 sena mit-twaqqif tal... por Kummissjoni Festa Esterna Fgura
Notas del episodio
Mill-Maħżen tal-Armar - Is-Sezzjoni Żgħażagħ
Iż-żgħażagħ kienu minn dejjem importanti fil-maħżen tal-armar. Il-fergħa taż-żgħażagħ taf il-bidu tagħha fl-2007 permezz tas-'Sotto Kummissjoni Helpers' u kompliet tissaħħaħ meta fl-2012 evolviet u ngħatat l-isem xieraq ta' 'Sezzjoni Żgħażagħ.'
F'din l-intervista niltaqgħu ma' Edward Mifsud li mexxa dawn il-fergħat fil-bidu tagħhom, mal-eks kaxxier Mathias Muscat u mal-koordinatur attwali Jurgen Zerafa.